Min aħna

Aħna lajċi kkonsagrati
Aħna spigolatriċi tal-Knisja

Aħna lajċi kkonsagrati
L-Istituti sekulari huma forma ta’ ħajja kkonsagrata liġew magħrufa mill-Knisja fit-2 ta’ Frar 1947.
Huma assoċjazzjoni ta’ persuni li jgħixu il-ħajja ordinarja, impenjati fl-attivitajiet kompatibbli mall-ħajja kristjana jkunu xi jkunu u jwettqu mill-ħajja tagħhom impenn biex jgħixu dawn l-attivitajiet skond Alla biex id-dinja tikber u tiżviluppa hekk kif Alla ħaseb li ssir.
Huma prezjusi il-kelmiet ta’ Pawlu VI, li b’mod ċar u espliċitu laqa’ din il-forma ġdida ta’ ħajja kristjana.

“Intom twasslu għall-ġemgħa misterjuża bejn iż-żewġ kurrenti qawwija tal-ħajja kristjana, tilqgħu il-għana ta’waħda u kemm tal-oħra. Intom lajċi, ikkonsagrati bħala tali mis-sagramenti tal-magħmudija u tal-konfermazzjoni, iżda intom għażiltu li tinforzaw il-konsagrazzjoni tagħkom lil Alla bil-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi, meħuda bħala obbligi b’rabta stabbli u magħruf. Ibqgħu lajċi, impenjati fil-valuri sekulari proprji u pekuljari tal-lajkat (Lumen Gentium, 31), imma tagħkom hija “sekularità konsagrata”. (Pawlu VI, diskors lid-diriġenti u membri tal-Istituti Sekulari fil-XXV tal-“Provida Mater”, AAS 64,1972,p.208), intom «konsagrati sekulari».

Il-Membri tal-Istituti Sekulari jgħixu ċ-ċelibat għas-saltna tas-smewwiet, fi spirtu ta’ faqar evanġeliku u f’għaqda sħiħa mar-rieda t’Alla. Din il-konsagrazzjoni lil Alla tiġi espressa permezz tal-impenji magħrufa mill-Knisja li magħhom huma jobbligaw ruħhom b’forma stabbli.
L-appostolat tagħna huwa dawl evanġeliku miġbur u mwassal lill-oħrajn b’umiltà.
Ngħixu b’kompetenza ix-xogħol, il-professjoni, l-impenn fl-istorja, f’solidarjetà mal-foqra, “iż-żbul abbandunat fir-radda”, fit-tiftix tal-ġustizzja, attenti għas-sinjali taż-żminijiet. Ninpenjaw ruħna għal dixxerniment għaref ta’dawl u t’ombra preżenti fid-dinja u fl-istorja, biex nagħmlu spazju għall-proġett t’Alla fuqha(Fid-dinja).
Naħdmu flimkien ma ħafna aħwa biex niffavorixxu, fl-ambjenti tagħna ta’ ħajja u ta’ xogħol, relazzjonijiet ta’ fraternità u ta’ solidarjetà, li kapaċi jwasslu l-Bniedem lejn Alla.
Flimkien ngħinu lil xulxin biex niffavorixxu l-etika ta’ kura u ta’ responsabiltà , b’mod li tikber kull nibbieta ta’ tjubija, ta’ ġustizzja u ta’ solidarjetà preżenti fl-eperjenza umana.
Nagħmlu sforz biex inkunu operaturi tal-paċi, fl-istil tal-melħ u tal-ħmira li tiffermenta l-għaġna kollha.

Aħna spigolatriċi tal-Knisja
Aħna msejħin biex inkunu kontemplattivi fid-dinja, biex ngħixu il-Beatitudni fost il-poplu, mal-oħrajn u għall-oħrajn.
L-attività tagħna huwa “il-post” tal-kontemplazzjoni tagħna: l-ebda post tal-impenn uman ma huwa barra minn din is-sejħa.
Ispirati mill-figura biblika ta’ Rut, li tiġbor iż-żbul mitluq mill-ħassada, mpoġġu lilna nfusna għas-servizz tal-aħwa.
Fil-figura biblika ta’ Rut, il-mara kuraġġjuża u ġeneruża, għanja bl-imħabba u bit-tama. sempliċi, safja, ma tgħejjiex, li tmur fil-għalqa biex tiġbor iż-żbul mitluq (mill-ħassada), u tibqa grata lejn il-ħassada u tkun tassew għarusa ta’ sid il-ħsad, aħna sibna ispirazzjoni għall-għotja tagħna lil Alla għas-servizz tal-Knisja: servizz li jitwieled minn xewqa appostolika, li timbutatna li mmorru infittxu lil ħutna, speċjalment lil dawk li għandhom bżonn tal-grazzja, tal-imħabba u tal-promuzzjoni umana, iż-żbul mitluq fir-radda.
Fil-Knisja, l-Istitut-komunità ta’ ġebel ħaj ta’ tabernakoli ħajjin – jiddistingwi ruħu permezz ta’ appartenenza partikulari: permezz ta’ imħabba aħwija. Permezz ta’parteċipazzjoni ħajja tal-misteru tagħha. Jilqa ir-rigal tal-konsagrazzjoni bħala għotija ta’ tifħir lill-Mulej u jgħix ir-riparazzjoni billi jintrabat madwar Kristu u billi tħallih jerġa jiġi jibni id-dar animata mill-Ispirtu… għaliex il-membri kollha huma ġebel ħaj fil-binja spiritwali u li tagħmel minn kull waħda minna tempju ħaj ta’ Ibnu.