L-Istorja tagħna

L’Istorja
Il-Fundatriċi

L-Istorja
It-Twelid tal-Istitut sekulari Spigolatriċi tal-Knisja hu marbut ma’ xi tappi (dati) importanti:

  1. 9 ta’ Lulju 1947: L-għażla ta’ Pia Tavernelli ta’ forma ġdida ta’ konsagrazzjoni u l-preżenza ta’uħud mit-tfajliet lesti li jaqsmu magħha din il-forma ta’ ħajja;
  2. 8 ta’ Diċembru 1949: Id-digriet tat-twaqqif ta’ Pia Unioni, minn naħa tal-isqof ta’ Città di Castello, Mons. Filippo Maria Cipriani, bl-approvazzjoni tal-Istatut;
  3. 8 ta’ Diċembru 1967: it-twaqqif għall-Istitut sekulari ta’ dritt djoċesan mill-isqof ta’ Prato, Mons Pietro Fiordelli;
  4. 8 ta’Diċembru 1972: L-approvazzjoni tal-kustituzzjonijiet (“il-Ktieb tal-Hajja Tagħna”) mġeddin fid-dawl tal-Konċilju Vatikan II;
  5. 6 t’Awwissu 2007: L-elevazzjoni tal-Istitut sekulari tal-iSpigolatriċi tal-Knisja għall-Istitut bi dritt pontifiċju mill-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ Ħajja Konsagrata u ta’ soċjetajiet ta’ ħajja appostolika.

Lippiano

Il-Fundatriċi
Il-fundatriċi tal-Istitut, Pia Tavernelli, twieldet f’Citerna (Perugia), minn familja ta’ kondizzjoni modesta imma sħiħa fil-valuri morali u reliġjużi. Hawn bdew jidhru dejjem iżjed ċari fiha ix-xewqa li tagħti lilha nnifisha lil Ġesù fejn kienet tħossha tassew maħbuba b’mod qawwi.
Ta’ sittax (16) il-sena saret għalliema u baqgħet tagħlem sa kemm għalqet dsatax (19) il-sena fl-Iskola elementari maqgħuda mas-seminarju ta’ Città di Castello, imbagħad, fi-sena 1928, ġiet mogħtiha n-nomina ta’ għalliema elimentari f’Lippiano,raħal żgħir qrib Citerna, fejn kellha titwettaq il-ĦOLMA ta’ ħajjitha.
Fl-1930 hija daħlet fl-Istitut tal-“Piccole Ancelle del Sacro Cuore” inwaqqaf minn Mons Liviero. Wara sena ta’ formazzjoni Pia reġgħet marret Lippiano bl-isem ta’ swor Anġelika tal-Immakulata u reġgħet bdiet ix-xogħol tagħha ta’ għalliema.
Kien propju dak iż-żmien li għamlet f’dan ir-raħal żgħir, li bidel il-kors ġdid tal-ħajja ta’ Pia u li tibda il-mixja ta’ dawk kollha li mxew warrajha: L-iskoperta (għarfien) ta’ Ġesù, preżenti u ħaj, f’kappella mitluqa u ftit iffrekwentata, bidlitilha l-ubbidienza f’għażla li tibqa f’Lippiano fejn inseriet ruħha attivament f’dik il-komunità żgħira soċjo-ekkleżżjali. Il-ħeġġa f’attivtajiet ta’ katekeżi u evanġelizzazzjoni wassluha malajr biex tħoss il-bżonn li f’dan ir-raħal tibni knisja addatata għat-twettieq tal-funzjonijiet reliġjużi.
Intant, ġa fit-8 ta’ Diċembru tal-1936, fit-talb u fil-proġetti ta’ Pia, kien beda jidher sewwa b’mod iktar ċar l-idea ta’ twaqqif ta’ ”binja” oħra.

“Neħtieġu ġebel ħaj ,tabernakli ħajjin kapaċi li jħobbu l-Mulej b’għotja ġeneruża għat-twaqqif ta’ binja spirtiwali”.
Din ix-xewqa kienet li qanqlet il-fundatriċi biex tipproġetta forma ġdida ta’ konsagrazzjoni: ta’ ħajja evanġelika fuq il-passi ta’ Kristu, mgħixha fid-dinja, mingħajr l-ebda kondizzjoni ta’ kull ġeneru, għal servizz ta’ appostolat fil-Knisja u fid-dinja.
Kienu meħtieġa jgħaddu għaxar(10) snin biex ikollha l-ewwel iva tal-Knisja; l-intuizzjoni tal-bidu mhux mifhuma, fl-aħħar ġiet milqugħa. Fid-9 ta’ Lulju tal-1947 Pia rċiviet il-barka tal-Isqof tagħha u l-permess li tibda din l-opra ġdida t’Alla li ġiet imbagħad approvata bħala Pia Unjoni fit-8 ta’ Diċembru 1949. Hekk twieled l-Istitut sekulari tal-iSpigolatriċi tal-Knisja approvat imbagħad bħala Istitut sekulari b’dritt djoċesan fil-1967 minn Mons Pietro Fiordelli, isqof ta’ Prato, Italja.

“Nitolbu lil Mulej il-fedeltà tal-Kariżma tal-Istitut tagħna…
tal-Imħabba Waħdanija għal Alla u għall-Aħwa.
Ngħannaqkom , magħquda mal-familja taghna kollha tal-l-iSpigolatriċi tal-Knisja”.

Pia

fondatrice