Fejn Aħna

Fejn Ahna

Kif nghixu

Fejn Ahna

Illum l-iSpigolatrici jinsabu Fl-Italja, fl-Isvizzera, f’Malta, fil-Polonja, fl-Indja, fil-Brazil u fl-Argentina. Membri tal-Istitut jinsabu fl-Italja (Veneto, Lombardia, Friuli, Emilia Romagna, Toscana, Lazio, Umbria, Campania, Pulia) Svizzera, Malta, Polonja, Indja u Brazil. Issir membru tal-Istitut billi taghmel il-voti annwali tal-povertà, kastità fic-celebat u tal-ubbidjenza. Qabel ma membru tiehu l-voti hija taghmel tliet snin ta’ formazzjoni li jissejjah aspirandat. Ghandna ir-REGOLA TAL-HAJJA maghmula mill-kostituzzjonijiet (Il-Ktieb tal-Hajja Taghna) u mir-Regolament applikativ (Id-Direttorju). Din ir-regola hija approvata mis-Santa Sede, Kongregazzjoni ghall-Istituti ta’ Hajja Kkonsagrata u s-socjetajiet ta’ Hajja Appostolika. Ahna mqassmin f’”Komunitajiet” u f’zoni fuq bazi geografika-lingwistika. Kull zona ghandha Responsabbli u Kunsill u l-istitut kollu imbaghad huwa mmexxi minn Responsabbli Centrali u mill-Kunsill li jigi elett kull hames snin fl-Assemblea tal-Istitut.


Kif nghixu

Kull wahda minna tahdem skond id-doni taghha, il-kompetenza taghha, fic-cirkustanzi li tkun tinsab. L-ghaqda (appartenenza) taghna mall-Istitut tesprimi ruhha skond modilitajiet diversi: uhud minna jghixu fil-familja proprja taghhom jew wehidhom, ohrajn jghixu fi gruppi zghar ta’ hajja fraterna. L-Istitut bhala tali ma ghandux hidmiet proprji tieghu, imma jfittex li jghin lil membri tieghu biex jghixu u jizvilluppaw bhala kristjani u bhala kristjani “kkonsagrati” kull wahda ghall-hidma (l-attività) taghha.